Wednesday, April 24, 2024

“Kull skola ġiet evalwata u ċertifikata li ttieħdu l-miżuri kollha … preparati biex nilqgħu lil kull tifel u tifla”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu l-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici ħabbar li saret valutazzjoni ta’ kull skola statali u għandna sitwazzjoni fejn risk assessors indipendenti daħlu fil-klassijiet kollha u fl-uffiċini kollha u ħarġu ċertifikat fuq kull skola f’Malta u Għawdex.

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni Frank Fabri żied jgħid li huwa ta’ sodisfazzjon li minkejja ħidma kontinwa, uffiċjali awtorizzati mill-OHSA li hija l-unika awtorità għas-saħħa u s-sigurtà f’Malta, ħarġu ċertifikat li jserraħ moħħ il-poplu kollu li l-miżuri kollha li kellhom jittieħdu skont il-pariri u l-gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa ttieħdu.

Il-Ministru kompla biż-żjarat tiegħu fl-iskejjel u fost miżuri oħra, kkonferma li f’kull skola statali se jkun hemm uffiċjal tas-sigurtà li jieħu t-temperatura ta’ kull min jidħol fl-iskola.

Minn hemm jitniżżlu d-dettalji ta’ kull min jidħol.

Bonnici ħeġġeġ lill-ġenituri kollha biex jibagħtu lit-tfal tagħhom u qal li skont stħarriġ xjentifiku li sar irriżulta li ħafna se jkunu qed jibagħtuhom.

Huwa żied jgħid li l-awtoritajiet huma preparati biex mis-7 ta’ Ottubru jirritornaw it-tfal kollha.

Sport