Fl-aħħar sigħat, azzjoni f’waqtha minn uffiċjali tal-Pulizija wasslet biex issalva l-ħajja ta’ gawwi midrub li ntlemaħ għaddej fi triq traffikuża f’Wied il-Għajn.
Il-Pulizija tad-distrett flimkien ma’ uffiċjali tal-Pulizija tal-Komunità marru immedjatament fuq il-post indikat. Huma ħadu l-gawwi l-għassa fejn aktar tard għaddewh lit-Taqsima tal-Pulizija għall-Ħarsien Ambjentali. Minn hemmhekk għadda f’idejn tabib tal-annimali sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Is-Surġent li kien qed imexxi din l-operazzjoni għażel li jmemmi lill-gawwi Polly.