Sunday, December 22, 2024

Azzopardi jakkuża lill-Ministru Bonnici li huwa “ko-parteċipant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia”

Aqra wkoll

F’seduta mqanqla fil-Qorti, id-Deputat tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi akkuża lill-Ministru Owen Bonnici li huwa “ko-parteċipant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia”.

Il-Ministru Bonnici kien ippreżenta libel wara li d-Deputat Jason Azzopardi kien iddeskrivih bħala “giddieb u kriminali” fuq il-midja soċjali.

Meta l-Avukat Lia staqsa lix-xhud jekk hux qed jgħid li l-Ministru Bonnici huwa ko-responsabbli għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Azzopardi wieġeb dan fl-affermattiv u qal li Bonnici għandu jdejh imtebba’ bid-demm. 

Hawnhekk l-Avukat Lia għajjat “Messek Tistħi! Din hija r-raġuni għaliex hawn din il-mibgħeda f’dan il-pajjiż. Vili!”.

Il-każ ġie diferit għal Diċembru.

Wara s-seduta, Azzopardi rrefera għall-midja soċjali fejn ikkonferma dak li qal u sostna li l-ebda theddid, għajjat u insulti m’hu se jagħlqulu ħalqu.

Ekonomija

Sport