Friday, December 13, 2024

Badminton: Esperjenza ta’ suċċess għal Sam Cassar fid-Danimarka

Aqra wkoll

Fil-jiem li għaddew il-player ewlieni tal-badminton f’pajjiżna, Sam Cassar kellu esperjenza ta’ suċċess fid-Danimarka.

Dan is-sit iltaqa’ ma’ Cassar innifsu fejn tana iktar dettalji:

“Minn tfuliti, dejjem ħlomt li nittrenja l-badminton fuq livell professjonali. Fis-sena 2019, fl-aħħar ġietni din l-opportunita permezz tal- ‘Malta Sports Scholarship’. Fortunatament l-opportunitá kienet li ngħix id-Danimarka għal sentejn fuq bazi ‘full time’ ġewwa r-raħal ta Holbaek fejn jinsab iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza mwaqqaf minn ‘Badminton Europe’.

Fl-ewwel ta’ Diċembru 2019, kienet il-ġurnata fejn jien tirt lejn id-Danimarka wara tournament ġewwa Wales, fejn qattajt tliet gimgħat sal- Milied, fejn jien tgħallimt ‘nissetilja’ fit-taħriġ tiegħi u nsir naf fuq xiex se jkolli bżonn naħdem waqt il-mawra tiegħi. Fortunatament kien żmien tajjeb ħafna fejn kelli ħafna attivitá bħall-kompetizjonijiet u logħob tal-kampjonat ġewwa d-Danimarka, sakemm waslet il-pandemija tal-Covid-19 u kelli nitlaq lura lejn Malta għal sitt xuhur (Marzu-Awwissu).

Wara li rritornajt id-Danimarka f’Awwissu eġajt bdejt it-taħriġ b’mod normali imma sfortunatament ma kienx għad hemm kompetizzjonijiet internazzjonali għaddejjin minħabba -l-pandemija. Imma minn naħa l-oħra rnexxieli nittrenja u nitgħallem ħafna f’dan il-perjodu intensiv.

Is-sena 2021, fejn kienet l-aħħar sena tiegħi, kienet l-iktar sena li għamilt titjib fit-taħriġ tiegħi, fejn għamilt xahar u nofs ta’ taħriġ intensiv ħafna qabel ma erġajt bdejt nikkompeti fix-xena internazzjonali, fejn kelli ħafna kompetizzjoniejiet waħda wara l-oħra qabel ma beda s-sajf. Kelli xahar ta’ vaganzi ġewwa Malta fejn xorta komplejt nittrenja kemm nista’, waqt li ngawdi lil familti u sħabi. Erġajt irritornajt lejn id-Danimarka fejn komplejt bit-taħriġ tiegħi u anke b’kompetizzjonijiet internazzjonali.

Fil-qosor, din l-esperjenza kienet l-aqwa waħda fil-karriera tiegħi tal- badminton u ħajti personali sa issa, fejn tgħallimt mhux biss tagħrif fil- logħba tal-badminton imma wkoll kif ngħix u nieħu ħsieb tiegħi nnifsi waħdi kuljum. Ħassejtni li tjibt ħafna fil-logħba u nispera li nkun nista’ nġorr miegħi dak li tgħallimt u nkompli naħdem fuqu ġewwa Malta!

Ekonomija

Sport