Monday, April 15, 2024

Artist Indjan jikser ir-rekord tal-ikbar pittura

Aqra wkoll

Artist Indjan daħal fil-Guin­ness World Record għall-ikbar pittura qatt impittra minn individwu wieħed hekk kif dan ħoloq biċċa arti ta’ 7,781.04 metri kwadri.

Ravi Soni, li għandu 42 sena u huwa minn Udaipur, uża tila ġgantesta tal-PVC biex seta’ jagħmel din il-pittura li semmieha Tree of Life. Huwa għamel din il-pittura fuq perjodu ta’ ħamest ijiem u b’kollox ħaditlu 24 siegħa u 33 minuta. Ir-rekord preċen­dti kien f’idejn artist Taljan li dan kien pitter pittura ta’ 6,199 metru kwad-
ru. 

Meta tkellem mal-midja, Soni qal li f’din il-pittura huwa kien ispirat mis-siġar Baobab, li huma magħrufin għall-ħajja twila tagħhom. Huwa qal li apparti s-sbuħija tagħhom, dawn is-siġar huma simbolu tar-reżistenza kontra kull sfida li tinqala’ fil- ħajja.

Ekonomija

Sport