Monday, May 13, 2024

Balotelli mhux mixtieq mill-klabbs Taljani

Aqra wkoll

L-aġent ta’ Mario Balotelli tkellem mal-mikrofonu ta’ stazzjon televiżiv Taljan fejn il-kliem waqa’ fuq l-eks attakkant internazzjonali Taljan. Enzo Raiola qal li hu jiġi kkuntattjat minn diversi klabbs ta’ pajjiżi varji iżda mhux minn timijiet Taljani. Hu semma’ klabbs minn Iżrael, l-Ażerbajġan, l-Arġentina, il-Brażil u ċ-Ċina.

Bħalissa Balotelli qed jilgħab ma’ Adana Demirspor fit-Turkija fejn mhux sejjer daqshekk ħażin. Minkejja kollox, Raiola qal li l-ħolma tal-klijent tiegħu hu li jirritorna jilgħab fl-Italja.

Sport