Thursday, March 28, 2024

Balzac De L’Iton jissorprendi fil-heat Premier

Aqra wkoll

L-aktar erba’ tiġrijiet importanti li saru l-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa taw il-bidu għall-kampjonat Prix De Vincennes għal żwiemel Franċiżi mill-Klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Dawn għamlu parti mill-erbgħin laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet tat-trott. Minn dawn il-heats 23 ziemel għaddew għas-semi finali. 

Fl-ewwel heat Premier, Balzac De L’Iton, misjuq mill-Għawdxi Marco Refalo, irnexxielu jikseb r-raba’ rebħa minn daqstant dehriet ġewwa Malta. Dan kien il-ħin kollu quddiem u qasam il-linja finali l-ewwel b’vantaġġ ta’ żewġ tulijiet minn Verso De Crennes (Clint Vassallo), Alf De Melandre (Rodney Gatt) u Chaud Devant (Noel Baldacchino). Baxter Du Klau (Kurt Saliba) u Valseme (Jason Zahra) kienu l-aħħar żwiemel li għaddew għall-fazi li jmiss. Ta’ min wieħed jinnota li hawnhekk l-akbar sorpriża kienet l-eliminazzjoni tal-favorit Antoine Du Bourg, li għal xi metri kien fit-tieni pożizzjoni u ċeda kollox fl-aħħar. Dan iż-żiemel kien ġej minn suċċess fil-finali tat-Tazza l-Kbira. 

Aster Des Caillons (Charles Degiorgio) ma sab ebda diffikultá biex jirreġistra t-tielet rebħa tas-sena fit-tieni heat tal-aqwa klassi. Dan kien il-ħin kollu quddiem u ttrijonfa b’tul minn Andante (Cherise Farrugia) u Crack Du Tillet misjuq min-nannu ta’ Cherise, Andrew Farrugia. Vanderlov (Melvin Farrugia) daħal warajhom quddiem Bastingage (Omar Cauchi) u Avrik De Guez (Carmelo Farrugia). 

Fit-tielet heat, Andrew Farrugia poġġa lil Capital Majyc quddiem f’nofs id-dritta finali tat-tielet heat tal-aqwa klassi. B’hekk dan iż-żiemel ta’ Farrugia ħa l-ewwel rebħa fi xtutna minn Big Kaiser (Ludvic Ghigo), Barrio Josselyn (Anton Cassar), Capitaine France (Johann Axisa) u Amigo Turgot (Salvu Vella). 

Brut De La Cote (Ludvic Ghigo) akkwista t-tieni rebħa fi gżiritna wara li kien il-ħin kollu quddiem waqt ir-raba’ u l-aħħar heat Premier. Dan ħareġ rebbieħ b’tul minn Vangiskan Scott (Chantel Azzopardi), Abercrombis (Noel Baldacchino) u Vertige De Chenu (Charles Camilleri). Up And Go (Rodney Gatt) u Casting De Chenu (Ivan Bilocca) kienu l-aħħar żewġ żwiemel li għamluha għas-semi-finali minn din il-heat. 

Ir-riżultati kollha

I Tigrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Atoll Du Sud Ouest (N. Barbara) Hin – 3.22.4” (1.16.7”) 2. Diego JYL (J. Zahra) 3. Caprice Noria (N. Azzopardi) 4. Flash Du Rabutin (C. Camilleri)

II Tigrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Galaxie d’Azur (P. Galea) Hin – 3.26.2” (1.18.1”) 2. Éclair Winner (S. Vella) 3. Fast Loulou (J. Gafa’) 4. Good Buzz (K. Galea) 

III Tigrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Diam Orange (J. Gafa’) Hin – 3.24.5” (1.17.4”) 2. Emporio Jo (C. Vassallo) 3. Velvety Ranais (Sh. Portelli) 4. Cupidon De Bassard (S. Cassar)

IV Tigrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. French Arctic (N. Baldacchino) Hin – 3.24.3” (1.17.4”) 2. Astral De Beaumee (R. Gatt) 3. Diamant Atout (S. Cortis) 4. Double Sans Faute (M. Desira)

V Tigrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Baron De Neuilliac (D. Casha) Hin – 3.23.5” (1.17.1”) 2. Drakkar Cleville (P. Galea) 3. Basmati Volsin (J. Vassallo) 4. Aden (J. Gafa’) 

VI Tigrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Balzac De L’Iton (M. Refalo) Hin – 3.19.1” (1.15.4”) 2. Verso De Crennes (C. Vassallo) 3. Alf De Melandre (R. Gatt) 4. Chaud Devant (N. Baldacchino) 5. Baxter Du Klau (K. Saliba) 6. Valseme (J. Zahra)

VII Tigrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Aster Des Caillons (C. Degiorgio) Hin – 3.25.9” (1.18”) 2. Andante (Cherise Farrugia) 3. Crack Du Tillet (A. Farrugia) 4. Vanderlov (M. Farrugia) 5. Bastingage (O. Cauchi) 6. Avrik De Guez (C. Farrugia) 

VIII Tigrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Capital Majyc (A. Farrugia) Hin – 3.21.3” (1.16.2”) 2. Big Kaiser (L. Ghigo) 3. Barrio Josselyn (A. Cassar) 4. Capitaine France (J. Axisa) 5. Amigo Turgot (S. Vella) 

IX Tigrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Brut De La Cote (L. Ghigo) Hin – 3.19.3” (1.15.5”) 2. Vangiskan Scott (C. Azzopardi) 3. Abercrombis (N. Baldacchino) 4. Vertige De Chenu (C. Camilleri) 5. Up And Go (R. Gatt) 4. Casting De Chenu (I. Bilocca) 

X Tigrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Vaillant Marceaux (R. Gatt) Hin – 3.25.6” (1.17.9”) 2. Fox Trot Maybe (M. Bonnici) 3. Etel Du Pilet (P. Galea) 4. Botro Cayennais (M. Desira) 5. Great Angel (N. Azzopardi) 

Ekonomija

Sport