Sunday, November 24, 2024

Balzan isalvaw b’rebħa fuq Sliema Wanderers

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sliema Wanderers ……0

Balzan …………………….1

Balzan għelbu l-isfida ta’ Sliema Wanderers bl-iskor minimu ta’ 1-0 biex b’hekk wara li Santa Lucia sfaw megħluba 2-1 minn Valletta, huma żammew post­hom mal-elite tal-football Malti.

Kienet rebħa ferm meri­tata għat-team immexxi mill-coach, Alejandro Pantoja, li ddo­minaw il-partita għall-ħinijiet twal fejn li kieku ma sabux lill-goalkeeper tal-Wanderers,  Rashed Al-Tumi f’vena mill-aqwa, l-iskor seta’ saħansitra kien ferm akbar.

Balzan kienu ferm iktar tattikament organizzati u dixxiplinati mis-Slimiżi li naqsu milli jkunu perikolużi fejn fil-fatt lanqas ħolqu az­zjoni waħda denja ta’ nota.

Din kienet ukoll l-aħħar logħba tal-Blues fl-ogħla diviżjoni minħabba li, flim­kien ma’ Santa Lucia, staġun ieħor se jilagħbu fiċ-Challenge League.

Minn dawn il-kolonni nixtiequ liż-żewġ timijiet ritorn ta’ malajr fil-Kampjonat Premier.

Kienu Balzan li ħarġu fuq l-offensiva u fis-sitt minuta, Bojan Kaljevic, avvanza tajjeb  ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ Rashed Al-Tumi iżda ra lil dan tal-aħħar isalva t-tentattiv tiegħu.

Huma komplew fuq l-offensiva u fit-13-il minuta Milos Mijic xeħet cross lejn Milos Zlatkovic li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu minn taħt il-lsata tiġi mdawra f’corner mill-goalkeeper Slimiż.

Balzan komplew jheddu u ħames minuti kien imiss lil Milan Duric jimpenja lil Al-Tumi minn free-kick.

Fit-33 minuta huma fetħu l-iskor meta SULEIMAN JALU avvanza tajjeb fil-kaxxa u tefa wara Al-Tumi li ħareġ barra minn postu bit-tama li jinterċetta l-ballun.

L-ewwel 25 minuta tat-tieni taqsima kienu ferm kwieta u nieqsa minn kull emozzjoni.

Dan sat-72 minuta meta kienu Balzan li ħolqu l-periklu meta xutt ċentrali fil-baxx mid-distanza ta’ Milan Duric ġie salvat tajjeb minn mal-art minn Rashed Al-Tumi.

Balzan komplew jippressaw u fl-84 minuta, free-kick insidjuż ta’ Milan Duric ġie devjat f’corner mid-difiża tal-Wanderers … biex din kienet l-aħħar azzjoni tal-partita.

SLIEMA W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Luke Anthony Muscat, 3-Juan Pablo Morales Rengifo, 8-Mark Scerri (10-Inters Gui 83)), 18-Edmond Agius, 21-Danny Holla, 23-Matteo Piciollo (77-Amadou Pape Samb 83), 29-Oscar Linton Bethancourt, 72-Jean Carlos Cloth Goncalves (25-Denzel Formston 89), 88-Dejan Vuko­vic, 99-Valmir Berisha  – Coach: Noel Turner

BALZAN: 1-Rudy Briffa, 3-Augustsine Loof, 6-Marcus Grima, 7-Milan Duric, 8-Paul Fenech, 10-Nikola Gulan (22-Gary Camilleri 58), 19-Milos Zlatkovic, 20-Suleiman Jalu (21-Neil Frendo 76), 23-Milos Mijic, 86-Bojan Kaljevic, 88-Sean Cipriott   – Coach: Ale­jandro Pantoja

REFEREE: Stefan Pace

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORER: S. Jalu 33 (B)

AMMONITI: O. Linton Bethancourt, J. C. Cloth Goncalves (S), M. Duric, S. Cipriott, B. Kaljevic (B)

Sport