Monday, August 3, 2026
Home Sport Balzan jassiguraw is-servizzi tal-winger Brażiljan ta’ 26 sena, Lucas Macula

Balzan jassiguraw is-servizzi tal-winger Brażiljan ta’ 26 sena, Lucas Macula

0
2

Balzan assiguraw is-servizzi tal-winger Brażiljan ta’ 26 sena, Lucas Macula.

Macula beda l-karriera tiegħu ma’ Fluminense u wara perjodu ma’ Estoril fil-Portugall, li matulu ġie misluf ukoll lil Maccabi Ahi Nazareth fl-Iżrael, ġie jilgħab f’Malta biex jingħaqad ma’ Marsa fis-sajf tal-2022. F’Jannar 2023, ingħaqad ma’ Gzira United iżda fis-sajf tal-2024, ġie misluf lil Ventforet Kofu fil-Ġappun. Huwa rritorna ma’ Gzira matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar 2025 iżda fis-sajf tal-istess sena, ingħaqad ma’ Birkirkara.

Balzan, li kkonfermaw lil Andrew Cohen bħala l-kowċ tagħhom, qabel kienu ffirmaw lil Nikola Djoric, Mohammed Marzuq Yahaya, Leo Fernandes, Rosiel, Sekala Guehi, Isaac Davey u Emmanuel Asante u estendew il-kuntratt ta’ Awosanya Oluwatobiloba Dimeji u Sean Cipriott.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here