Tifel ta’ 4 snin tilef ħajtu traġikament wara li raqad fil-karozza tal-familja f’temperatura ta’ 40C.
Il-każ fid-distrett ta’ Mardin fit-Turkija nhar il-Ħadd li għadda meta t-tifel raqad fil-karozza u dawk li kienu miegħu ħallewlu l-bibien u t-twieqi tal-karozza miftuħin biex żgur ma jħossx sħana.
Iżda l-persuni li kienu miegħu ndunaw li t-tifel kien intilef minn sensieh u għalhekk issejjaħ tim mediku. Minkejja kull tentattiv biex jiġi salvat, it-tifel ġie ċertifikat mejjet hekk kif iddaħal l-Isptar.





