Tuesday, April 23, 2024

Balzan jikkonvinċu u jegħlbu lil Hibernians

Aqra wkoll

Hibernians……………1

Balzan…………………..2

Balzan ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2-1. 

Kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel periklu fit-12-il minuta meta Freekick ta’ Jurgen Degabriele ġie mdawwar f’corner bi bravura mill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Balzan, Rudy Briffa.

Huma komplew fuq l-offensiva u fis-27 minuta resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Zachary Grech xeħet cross li sab lil Yunusa Owolabi Muritala li iżda minn taħt il-lasta tefa’ ftit barra.

Balzan fetħu l-iskor mas-siegħa logħob meta MOMCILO RASO b’xamma kbira għall-goal mill-viċin tefa’ ġewwa.

Iżda Hibernians ma rmewx ix-xugaman anzi wettqu reazzjoni mill-aqwa u fil-71 minuta ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ semi-rovexxjata mill-isbaħ ta’ YUNUSA OWOLABI MURITALA li ma tat l-ebda ċans lil Rudy Briffa.

Madankollu, il-Pawlisti bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal li mill-azzjoni li segwiet sekondi biss wara, Balzan ma skorjawx il-goal tar-rebħa meta s-sostitut Alex Satariano għadda tajjeb lejn MATHEUS DE SOUSA li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.

Balzan komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

Hibernians: 16-Justin Haber, 4-Kurt Shaw, 6-Gonzalo Bravo Llerena, 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele, 12-Dunstan Vella (11-Bjorn Kristensen 77), 13-Zachary Grech (7-Thaylor Aldama 67), 17-Gabriel Mensah (18-Joao Vitor De Oliveira 14), 22-Gabriel Izquier Artiles, 23-Yunusa Owolabi Muritala, 42-Ali Diakite Coach: Andrea Pisanu

Balzan: 1-Rudy Briffa, 2-Ivan Bozovic, 4-Quinones Torres, 5-Samir Arab, 6-Marcus Grima, 8-Paul Fenech, 10-Angel Torres (7-Bogdan Mladenovic 90), 27-Momcilo Raso, 33-Matheus De Sousa (18-Delvin Chanel Ndinga 74), 77-Aleksa Andrejic, 86-Bojan Kaljevic (21-Alex Satariano 60) Coach: Oliver Spiteri

Referee: Fyodor Zammit

Ass. Referees: Duncan Sultana, Edward Spiteri

Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson

Skorers: M. Raso 60, M. De Sousa 72 (B), Y. Owoloabi Muritala 71 (H)

Ammoniti: I. Bozovic, S. Arab, A, Torres, A. Andrejic, P. Fenech (B), Y. O. Muritala (H)

Player tal-Logħba: Bojan Kaljevic (B) 

Sport