Sunday, April 27, 2025

Balzan jiksbu punt prezzjuż tard fil-partita

Aqra wkoll

Balzan jiksb

Hibernians ……1

Balzan …………1

Minn Cristian Muscat

Balzan kisbu punt prezzjuż tard fil-partita meta temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Hibernians.

Hibernians kellhom lill- captain Bjorn Kristensen sospiż, waqt li nieqes għalihom ukoll kien il-player żagħżugħ Lucas Caruana minħabba li għadu qed jirkupra minn injury fl-irkoppa. Min-naħa l-oħra għal Balzan irritorna fl-iskwadra, il-player Victor Blasco Llorens wara li serva logħba sospensjoni.

Hibernians għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss ħames minuti rebħu penalty meta Samir Arab waqqa’ lill-captain Jurgen Degabriele fil-kaxxa. Mill-11-il metru LUCAS VILLELA LAPERT ma żbaljax.

Il-kumplament ta’ din it- taqsima kompla jkun karatterizzat minn ħafna logħob f’nofs il-ground, fejn ma ġiet innotata l-ebda azzjoni oħra denja ta’ nota.

Balzan ħolqu l-ewwel periklu fil-51 minuta meta minn cross insidjuż ta’ Rafael Floro Silva, ħadd mill-players sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.

Il-partita bdiet issir kemm­xejn nervuża u mas-siegħa logħob, iż-żewġ timijiet spiċ­ċaw jilagħbu bi player inqas meta f’azzjoni konfuża tkeċċew il-players Khevin Rodrigo Fraga għall-Pawlisti u Samir Arab għal Balzan, it-tnejn minħabba li rċevew ammonizzjoni doppja. 

Balzan ħolqu l-periklu fl-74 minuta meta free-kick insidjuż ta’ Rafael Floro Da Silva intemm għoli. 

Hibernians wieġbu fit-82 minuta permezz ta’ xutt fil-baxx minn qagħda ideali ta’ Khevin Rodrigo Fraga li ġie salvat mill-goalkeeper ta’ riserva ta’ Balzan, Dylan Ciappara, li ġie utilizzat proprju 10 minuti qabel fejn ħa post il-goalkeeper Serb, Danilo Golovic.

Iżda fis-87 minuta Balzan rebħu pe­nalty meta Pedro Henrique Nunes Silva waqqa’ lill-player ta’ Balzan fil-kaxxa. Madankollu, mill-11-il metru inkariga ruħu s-sostitut Victor Blasco Llorens li ra lill-goalkeper Spanjol ta’ Hibernians, Pablo Nino Sanchez, isalva bi bravura minn mal-art, biex ċaħħad lil Balzan mid-draw.

Madankollu, huma ma kellhomx jiġu mċaħħda żewġ minuti biss wara meta ELVIS KAMSOBA veneven xutt mid-distanza li ma ta l-ebda ċans lil Sanchez, bil-ballun jaħbat mal-mimduda qabel intemm ġewwa.

HIBERNIANS: 1-Pablo Nino Sanchez, 5-Kurt Shaw, 7-Lucas Villela Lapert (17-Isaiah Chukunyere 75), 8-Rodrigo Khevin Fraga, 10-Jurgen Degabriele (21-Alex Bruno De Souza Silva 59), 14-Dexter Xuereb (4-Alfred Silas 91), 20-Federico Falcone (9-Natha Felicio Carvalho 58), 22-Ilias Apostolos Martinis, 23-Matthew Ellul, 44-Pedro Henrique Nunes Silva, 99-Rui Bruno Ribeiro   – Coach: Branko Nisevic

BALZAN: 99-Danilo Golovic (1-Dylan Ciappara 72), 5-Samir Arab, 8-Nicholas Pulis, 10-Jan Busutil (44-Marko Bacanin 72), 14-Dimeji Awsoanya, 17-Henri Braham Stanic, 18-Luka Jankovic (23-Victor Blasco Llorens 46), 21-Luka Lukovic, 27-Alexander Ayo Akpan, 42-Rafael Da Silva Floro, 77-Elvis Kamsoba   – Coach: Andrew Cohen

REFEREE: Daniel Portelli

ASS. REFEREES: Shaun Calleja, David Castillo

RABA’ UFF: Daniel Casha

SKORERS: L. Villela Lapert pen. 5 (H), E. Kamsoba 89 (B)

AMMONITI: S. Arab (2) (B), F. Falcone, K. R. Fraga (2), P. H. Nunes Silva, D. Xuereb (H)

TKEĊĊEW: K. R. Fraga 60 (H), S. Arab 60 (B)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport