Friday, September 11, 2026
Home Sport Udinese se jkunu l-ewwel club li se jniedi “Play for Sustainability –...

Udinese se jkunu l-ewwel club li se jniedi “Play for Sustainability – Kulħadd fil-kamp għall-pjaneta” 

0
47

Il-club ta’ Udinese nieda “Play for Sustainability – Kulħadd fil-kamp għall-pjaneta”, programm annwali li għandu l-għan li jintegra miżuri ta’ sostenibbiltà li jistgħu jitkejlu fil-ġestjoni ta’ ġurnata ta’ partita tas-Serie A.

L-inizjattiva ġiet imħabbra fil-Bluenergy Stadium bil-preżenza ta’ rappreżentanti tal-UEFA, tal-Lega Serie A, tal-FIGC u tal-Ministeru tal-Ambjent Taljan … u se jingħata bidu għaliha fil-partita kontra Cagliari, nhar is-Sibt 19 ta’ Settembru.

Udinese huwa l-ewwel club li se japplika b’mod sħiħ il-’Football Event Sustainability Manual’ tal-UEFA f’partita tal-kampjonat, billi tittraduċi l-linji gwida f’azzjonijiet konkreti matul il-ħames ġurnata tas-Serie A. 

Il-manwal, imniedi fl-2026 mill-UEFA u l-organizzazzjoni ‘Kampjonat Ewropej’ jipprovdi qafas prattiku biex l-organizzaturi jintegraw responsabbiltà ambjentali u soċjali matul il-proċess kollu ta’ avveniment sportiv.

Fost l-interventi ppjanati hemm miżuri dwar mobbiltà sostenibbli, enerġija rinnovabbli, ristorazzjoni responsabbli, aċċessibbiltà u involviment tal-partitarji.

Il-proġett ‘Stadium by Bike’ se jħeġġeġ lill-partitarji jaslu bir-rota, filwaqt li l-club se jiġbor data dwar mombiltà, enerġija, u parteċipazzjoni biex jipprepara ‘rendikont ta’ wara l-partita’.

L-għan aħħari hu li jinħoloq mudell li jista’ jitkejjel u jiġi riprodott għal ġurnata ta’ partita aktar sostenibbli fil-futur.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here