Saturday, September 12, 2026
Home Sport Malta Premier League: Hamrun Spartans jegħlbu lil Birżebbuġa St Peter’s b’goal f’kull...

Malta Premier League: Hamrun Spartans jegħlbu lil Birżebbuġa St Peter’s b’goal f’kull taqsima

0
48
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

BIRŻEBBUĠA ST PETER’S….. 0

HAMRUN SPARTANS………….2

Hamrun Spartans kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Birżebbuġa St Peter’s bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu wieħed f’kull taqsima.

Madankollu, ta’ min ifaħ­ħar il-wirja ta’ Birżebbuġa li offrew oppożizzjoni denja lill-Ispartans.

Kienu Birzebbugia li ħol­qu l-ewwel periklu wara biss tliet minuti meta Yuri de Jesus Messias kellu x-xutt mill-viċin jiġi salvat mill-goalkeeper, Gabriele Marchegiani.

Hamrun wettqu reazzjoni mmedjata u minuta biss wara Ante Coric venven xutt minn tarf il-kaxxa li ntemm ftit għoli.

Fit-13-il minuta, Birżebbuġa reġgħu heddew iżda x-xutt ta’ Gabriel Costa Goncalves ġie salvat b’sieq Marchegiani.

Ħames minuti wara, Jackson Mendoza ttanta xortih peremzz ta’ xutt mid-distanza li ġie salvat f’corner b’diffikultá minn Marchegiani.

Fl-24 minuta, reġgħu kienu Birżebbuġa meta f’kontrattakk veloċi, it-tentattiv ta’ Alex Bruno De Souza Silva għadda ftit barra.

Fid-29 minuta, Yuri De Jesus Messias ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda ntemm għoli.

Madankollu, kontra x-xejra tal-logħob, fil-41 minuta, Hamrun Spartans fetħu l-iskor meta MATTHEW GUILLAUMIER venven xutt mid-distanza li ħasad għal kollox lill-goalkeeper Mattia Chiesa, bil-ballun jgħaddi minn taħt saqajn l-istess goalkeeper.

Fil-ħin miżjud, il-Ħamru­niżi ngħataw penalty meta al­legatament Luis Carlos Riascos deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa, iżda wara li kkonsulta l-FVS l-istess referee Barbara ħassar dan il-penalty.

Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Marcelo Trotta nifed id-difiża ta’ Birżebbuġa iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet salvata minn Chiesa.

Fit-63 minuta, Ryan Camenzuli kellu x-xutt tiegħu mid-distanza li ntemm għoli. għal Hamrun filwaqt liBirżebbuġa wieġbu għaxar minuti wara b’xutt ta’ Shaun Dimech mid-distanza.

Fit-83 minuta, l-Ispartans kienu sfortunati meta d-daqqa ta’ ras ta’ Damir Ceter ġiet imċaħħda mil-lasta.

Iżda huma għamlu dan fid-89 minuta bi ġmiel ta’ free-kick mogħti mill-Kroata ANTE CORIC.

Birżebbuġa SP: Mattia Chiesa, Felipe Goncalves De Campos (Daniel Zerafa 90), Miguel Azzopardi, Zachary Cassar, Yuri De Jesus Messias, Gabriel Costa Goncalves (Stipe Tokic 64), Kurt Bondin (Shaun Dimech 54), Alex Bruno De Souza Silva, Luis Carlos Riascos (Pietro Tomaselli 54), Zachary Scerri, Jackson Mendoza (Barry Cooper 90)   – Coach: Claude Carbonaro

Hamrun S.: Gabriele Marchegiani, Rafael Compri, Matthew Guilaumier, Jake Grech Vincenzo Polito, Ognjen Bjelicic (Lucas Villela 71), Marcello Trotta (Shaisen Attard 87), Marcelo Aguilar De Alves (Damir Ceter 64), Ante Coric, Emerson Marcelina (Kean Scicluna 46), Ryan Camenzuli   – Coach: xxxx

Referee: Ishmael Barbara

assistenti: James Muscat, Duncan Spencer

Raba’ Uff.: Emanuel Grech

Skorers: M. Guillaumier 41, A. Coric 89 (HS)

Ammoniti: O. Bjelicic (H), G. De Campos Goncalves (B)

Player tal-Logħba: Vincenzo Polito (HS)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here