MGARR UNITED ………4
SWIEQI UNITED ……..1
(wara l-ħin barrani)
Mgarr United kitbu paġna storika fil-football tan-nisa Malti meta rebħu l-Assikura Women’s Super Cup għall-ewwel darba, b’wirja determinanti li wasslitom għal rebħa ta’ 4-1 kontra Swieqi United wara l-ħin barrani.
Il-partita bdiet b’ritmu għoli, u Mgarr kellhom l-ewwel opportunità fit-12-il minuta iżda Yulya Carella ma rnexxilhiex tagħmel kuntatt mal-ballun minn pożizzjoni tajba. Minkejja dan, l-ewwel taqsima kienet bilanċjata, b’Mgarr jheddu fil-kontrattakk u Swieqi jippruvaw jikkontrollaw il-pussess. Fl-21 minuta, Swieqi fetħu l-iskor permezz ta’ Valentina Rapa, li kkonnettjat cross bir-ras u għelbet lil Giulia D’Antuono.
Swieqi resqu viċin li jirdoppjaw meta x-xutt ta’ Sara Saliba ħabat mal-lasta, iżda Mgarr ma qatgħux qalbhom u żiedu l-pressjoni lejn tmiem l-ewwel taqsima. Carella kellha żewġ okkażjonijiet importanti: l-ewwel waħda ġiet imwaqqfa mill-goalkeeper Patricia Araujo Da Silva, iżda ftit sekondi wara rnexxielha tikseb id-draw b’xutt mix-xellug. L-ewwel taqsima ntemmet 1-1.
Fit-tieni taqsima, il-logħba naqset ftit mir-ritmu minħabba numru ta’ fouls f’nofs il-ground, iżda Mgarr baqgħu perikolużi fil-kontrattakk. Fit-65 minuta, cross ta’ Presley sab lil Carella li kkontrollat tajjeb iżda x-xutt tagħha għadda barra. Aktar tard, azzjoni veloċi bejn Carella, Presley u Amber Grech sfumat fix-xejn.
Fit-82 minuta, Presley kienet viċin li tagħti l-vantaġġ lil Mgarr iżda l-ballun ħabat mal-lasta.
L-iskor baqa’ 1-1 sal-aħħar tal-ħin regolamentari biex il-partita marret għall-ħin barrani.
Mgarr ħarġu b’saħħithom ħafna. Carella reġgħet ħarbtet lid-difiża ta’ Swieqi u b’azzjoni personali poġġiet lit-team tagħha fil-vantaġġ..

Ftit wara, Swieqi sofrew daqqa oħra meta Jade Flask tkeċċiet, bit-tieni karta safra, għal foul fuq Carella.
Bil-vantaġġ numeriku, Mgarr komplew jiddominaw. Fil-110 minuti, Alejandra Villegas serqet il-ballun kompliet iżżid il-vantaġġ filwaqt li fil-113-il minuta, Yanina Ayelen Mendez issiġillat minn rebound.
Mgarr U.: Giulia D’Antuono, Abigail Camilleri, Alejandra Villegas Caly, Maia Melanie Debono, Veronique Mifsud (Ann-Marie Said, 72), Yulya Carella, Carlyn Eleanor Presley, Sylivia Kabene (Eva Renee Marie Maizeroi Chaina, 46), Leanne Cefai, Yanina Ayelen Mendez (Pearl May Schembri, 118),Amber Grech – Coach: Ray Vella
Swieqi U.: Patricia Araujo Da Silva, Yolande Attard (Sarah Urpani, 62), Valentina Rapa, Ema Micallef, Jade Flask, Sara Saliba (Line Moua Fallon My, 106), Jasmine Elle Burke, Shona Zammit, Ileana Farrugia (Miriana Conti, 70), Andela Kricak, Nicole Sciberras – Coach: Dorianne Theuma
Referee: Adam Brighton
Ammoniti: Leanne Cefai (MU); Nicole Sciberras, Jade Flask, Sarah Urpani (SU)
Tkeċċiet: Jade Flask (SU)




