L-FA Ingliża mmultat lil Hull City £30,000 wara li l-club naqas milli jwaqqaf tgħajjier omofobiku mill-partitarji tiegħu waqt il-partita tal-FA Cup kontra Chelsea fi Frar li għadda.
L-inċident seħħ waqt it-telfa ta’ 4-0 fl‑MKM Stadium, fejn minkejja twissijiet ripetuti fuq il-PA System u fuq l-iscreens, it-tgħajjir diskriminatorju baqa’ għaddej matul il-logħba.
Tliet persuni ġew arrestati fuq suspett ta’ dan it-tgħajjir offensiv, u tliet partitarji oħra ġew sospiż għal mhux inqas minn tliet snin.
L-FA qalet li Hull City naqsu milli jiżguraw li l-partitarji ma jużawx kliem offensiv jew insulti b’referenza għall-orjentazzjoni sesswali, akkuża li l-club aċċetta flimkien mas-sanzjoni finanzjarja.
Hull City ikkundannaw bil-qawwa kollha l-lingwaġġ użat, u fakkru li l-għajta inkwistjoni hija insult omofobiku li jista’ jammonta għal ‘delitt ta’ mibegħda’.
Il-club wissa li min jiqabad b’din l-imġieba partikolari, jiġi arrestat minnuhf u jiffaċċja prosekuzzjoni kriminali.




