Friday, September 11, 2026
Home Sport Provi liberi tal-GP ta’ Spanja: Kimi Antonelli bl-aħjar ħinijiet

Provi liberi tal-GP ta’ Spanja: Kimi Antonelli bl-aħjar ħinijiet

0
44

Is-sewwieq Taljan Kimi Antonelli (McLaren) kien aktar veloċi mill-Brittaniku George Russell (Mercedes) fit-tieni sessjoni tal-provi liberi tal-Grand Prix ta’ Spanja, filwaqt li l-Brittaniku, Arvid Lindblad (Racing Bulls), kellu inċident kbir fiċ-ċirkwit il-ġdid ta’ Madrid.

Antonelli spiċċa l-ewwel quddiem Charles Leclerc (Ferrari) ta’ Monaco, b’Leclerc ftit aktar veloċi mill-kollega tiegħu, il-Brittaniku Lewis Hamilton. 

Lindblad kien fir-raba’ post qabel tilef il-kontroll  tiegħu f’Turn 13 u ħabat mal-barriera, u kkawża ħsara kbira lill-karozza.

Iċ-ċirkwit ta’ Madring kien diġà tqies bħala wieħed “riskjuż” u “li jeqred il-karozzi”, minħabba l-ħitan tal-konkrit, il-kantunieri veloċi u l-ftit spazju għall-iżbalji. 

George Russell qal li hemm saħansitra inqas marġni għal żball minn Monaco minħabba l-veloċità għolja.

Aktar tard, sewwieq tal-Formula 2, Tasanapol Inthraphuvasak, kellu wkoll inċident fejn il-karozza tiegħu ħadet in-nar, iżda ħareġ mingħajr ġrieħi.

Fuq in-naħa tal-kampjonat, Russell jinsab taħt pressjoni wara li Antonelli rebaħ seba’ tiġrijiet, filwaqt li Russell għandu tnejn. 

Wara l-vantaġġ ta’ Antonelli f’Madrid, Russell ammetta li issa għandu bżonn ftit xorti biex iżomm ħajjin it-tamiet tiegħu għat-titlu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here