Saturday, November 23, 2024

Balzan u Valleta jwaqqgħu żewġ punti

Aqra wkoll

Balzan …………0

Valletta ……….0

Balzan u Valletta temmew il-konfront ta’ bej­niethom fi draw ta’ mingħajr goals, bil-Beltin, iżda żgur li ma kienu jisirqu xejn li kieku ħarġu bil-punti massimi mill-partita, hekk kif bla dubju kienu l-aħjar team.

Peró, kien riżultat li ma kkuntenta lil ħadd minħabba li jinsabu fiż-żona tal- periklu tar-relegazzjoni.

Aktar minn hekk, issa Valletta ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar sitt ħar­ġiet.

Kienu l-istess Valletta li ħolqu l-ewwel periklu meta fit-12-il minuta, wara li rċieva minn corner ta’ Brandon Paiber, David Garba kellu d-daqqa ta’ ras tintemm ftit barra.

Huma komplew fuq l-offenisva, u fl-24 minuta, Federico Vega kellu cross-shot li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Balzan, Danilo Golovic.

Żewġ minuti biss wara, Andre Prates kien strumentali għal Balzan meta mblokka tajjeb it-tentattiv ta’ Garba wara li Golovic, kien megħlub għal kollox, wara li kien salva xutt ta’ Brandon Paiber.

Valletta baqgħu jippressaw u fit-38 minuta Garba mil-lemin xeħet cross lejn ix-xellug bil-ballun jasal għand Enzo Ruiz b’dan tal-aħħar jipprova xutt bid- dawra, li iżda, falla l-mira kompletament.

Fit-tieni taqsima, kien fil-55 minuta, li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, bil-Beltin ikunu huma li joħolqu l-periklu meta Brandon Paiber għadda tajjeb lejn Jhonnatann Benites li min-naħa tiegħu tefa’ cross lejn Garba li ma rnexxielux jagħmel kuntatt mal-ballun, li finalment intemm barra.

Erba’ minuti wara, Paiber għadda lejn il-Brażiljan Jhonnattann iżda l-konklużjoni spiċċat barra biex iċ-ċans intilef.

Il-partita kompliet tkun karatterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground biex ir-ritmu tal-logħba naqas. 

Dan sad-90 minuta meta l-aħjar player tal-logħba, Brandon Paiber, kellu x-xutt angolat fil-baxx  minn ġol-kaxxa jintemm ftit barra.

Sas-suffara finali l-iskor baqa’ ma nbidilx biex iż-żewġ timijet waqqgħu żewġ punti aktar milli rebħu punt biex jilħqu l-objettivi tagħhom.

BALZAN: 99-Danilo Golovic, 2-Ivan Bozovic (23-Nikola Zerjal 91), 4-Andre Prates, 5-Samir Arab (19-Gabriel Farrugia 91), 8-Paul Fenech, 10-Jake Grech, 14-Dimani Awosnja, 18-Ryohiei Michibushi (11-Benjamin Hili 77), 21-Aleksandar Katanic (80-Peter Olawale 68), 24-Nikola Braunovic (7-Triston Caruana 46), 27-Momcilo Raso   – Coach: Oliver Spiteri

VALLETTA: 6-Jake Galea, 3-Juan Ramires Bolanos, 6-Enzo Ruiz, 8-Fernando Barrientos, 10-Shaun Dimech (80-Alfred Silas 91), 20-Fede­rico Falcone (77-Jhonnattann Benites 22), 22-Brandon Paiber, 30-Victor Luiz Prestes Filho, 44-Federico Vega, 66-Neil Anthony Micallef, 88-David Garba – Coach: Vincenzo Potenza

REFEREE: Matthew Degab­riele

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mitchel Scerri

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORER: Ħadd

AMMONITI: I. Bozovic, M. Raso (B), V. L. Prestes Filho, N. A. Micallef (V)

Sport