Friday, May 10, 2024

Protesti kbar wara li l-armata Iżraeljana qalet li qatlet 3 ostaġġi bi żball

... Iddeskriviet l-ostaġġi bħala theddida

Aqra wkoll

Fl-Iżrael għaddejjin protesti kbar wara li l-armata Iżraeljana qalet li qatlet bi żball tliet Iżraeljani li kienu qed jinżammu ostaġġi mill-Ħamas.

Il-Forzi tad-Difiża Iżraeljani (IDF) qalu li l-ostaġġi kienu qed iżommu biċċa bajda mdendla f’idejhom u għalhekk is-suldati Iżraeljani ma ħasbuhomx Iżraeljani. Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu ddeskriva l-qtil tagħhom bħala “traġedja li ma tistax tiġi tollerata”.

It-tliet Iżraeljani maqtula ġew identifikati bħal Yotam Haim ta’ 28 sena, Alon Shamriz ta’ 26 sena u Samer Talalka ta’ 22 sena.

Sport