Monday, December 23, 2024

Bank fl-Istati Uniti ser ikeċċi lill-ħaddiema li ma ħadux il-vaċċinazzjoni

Aqra wkoll

Il-bank Citigroup, ibbażat fl-Istati Uniti se jkun qed jadotta approċċ fejn dawk il-ħaddiema li ma jkunux ħadu l-vaċċinazzjoni għal kontra l-COVID-19 ser jitpoġġew fuq liv mingħajr ħlas u eventwalment jitkeċċew fl-aħħar tax-xahar.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji qegħdin isibuha bi iebsa biex jerġa’ jibda jkollhom lill-ħaddiema tagħhom preżenti għax-xogħol, minħabba l-isplużjoni ta’ każijiet tal-Omicron fl-Istati Uniti.

Dan l-approċċ ta’, “bla vaċċin, bla xogħol”, ikun introdott ukoll minn Google u United Airlines. Indubjament din id-deċiżjoni ħolqot furur u qajmet argument ta’ ksur ta’ drittijiet tal-bniedem.

Ekonomija

Sport