Tuesday, December 24, 2024

Baqgħet twassal messaġġ pożittiv sal-aħħar minkejja t-tbatija li kienet għaddejja minnha

Bosta jsellmu lil Nicky Sansone li tilfet il-battalja mal-kanċer

Aqra wkoll

“Għix il-ħajja, ħobb u tbissem”. Dan kien il-messaġġ li wasslet f’filmat Nicky Sansone, propju ġurnata qabel ma’ tilfet il-battalja tagħha mal-kanċer. Sansone kellha 55 sena u kienet qed tirċievi l-kura ġewwa l-Isptar tal-Onkoloġija f’Mater Dei.

Hi se tibqa’ imfakkra għall-personalità vibranti tagħha. Kienet qasmet dwar il-battalja tal-kanċer minn mindu saret taf u minkejja t-tbatija li kienet għaddejja minnu, dejjem baqgħet pożittiva.

Minkejja li twieldet fl-24 ta’ Awwissu, riċentament Nicky iċċelebrat għeluq sninha mal-familjari u l-ħbieb tagħha. Dan hekk kif f’messaġġ fuq il-midja soċjali, kitbet li l-festin riditu qabel għax ma kinitx taf jekk hux se twassal sad-data ta’ għeluq sninha.

Ekonomija

Sport