Il-ġimgħa d-dieħla mistenni li jidħol xi maltemp mill-Punent il-Lbiċ

Aqra wkoll

Il-ġimgħa d-dieħla mistenni li jidħol xi multemp mill-Punent il-Lbiċ u għalhekk hekk dan it-tbassir jibqa’ kif inhu, jaf ikollna xita tajba u miftuxa mal-pajjiż kollu.

Kull meta tinħoloq pressjoni baxxa fil-Punent il-Lbiċ tal-pajjiż dejjem ikollna xita tajba. Tant hu hekk, li ħafna mill-bassara tat-temp jgħid li l-ewwel xita ta’ wara s-Sajf dejjem tiġi minn dak ir-riħ.

L-indikazzjonijiet huma li minn nhar it-Tnejn li ġej waranofsinhar jista’ jibda jkollna xi xita. Din il-pressjoni baxxa tista’ ddum fiċ-ċentru tal-Mediterran anke sal-20 ta’ Ottubru.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport