Tuesday, October 6, 2026
Home Sport Tennis: Novak Djokovic jirbaħ iċ-China Open wara li Alex de Minaur irtira

Tennis: Novak Djokovic jirbaħ iċ-China Open wara li Alex de Minaur irtira

0
55

Novak Djokovic rebaħ is-seba’ titlu tiegħu fiċ-China Open, wara li Alex de Minaur kellu jirtira fil-bidu tat-tieni set tal-finali f’Beijing. 

Djokovic rebaħ l-ewwel set 7-6(3), qabel iż-żewġ players talbu time-out mediku. De Minaur ħareġ mill-court biex jingħata kura għall-uġigħ fil-groin u, wara li rritorna, rebaħ l-ewwel game tat-tieni set iżda ma setax ikompli.

Din kienet il-102 rebħa ta’ Djokovic f’titli fil-livell tat-tour, u b’hekk resaq għal wieħed biss minn Roger Federer, li għandu 103, filwaqt li Jimmy Connors jibqa’ fuq nett b’109.

Is-Serb ta’ 39 sena estenda wkoll ir-rekord perfett tiegħu fiċ-China Open għal 34 rebħa minn 34 partita. It-titlu jfisser ukoll li Djokovic sar l-ewwel raġel fl-Open Era li rebaħ mill-inqas titlu fil-livell tat-tour f’21 staġun konsekuttiv.

Ir-rebħa saħħet ukoll iċ-ċansijiet tiegħu li jikkwalifika għan-Nitto ATP Finals, hekk kif tela’ għad-disa’ post fil-klassifika Live Race to Turin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here