Tuesday, October 6, 2026
Home Sport Il-UEFA tinvestiga l-allegat inċident li Iżraeljan beżaq lil  Damien Doyle

Il-UEFA tinvestiga l-allegat inċident li Iżraeljan beżaq lil  Damien Doyle

0
56

Il-UEFA fetħet investigazzjoni dwar inċident li seħħ fil-ħin tal-mistrieħ waqt il-partita tal-UEFA Nations League  bejn l-Irlanda u Iżrael, li ntemmet fi draw ta’ 1-1 fis-Serbja. 

L-investigazzjoni tikkonċerna allegazzjoni li Damien Doyle, uffiċjal tal-prestazzjoni atletika tal-Irlanda,  safa vittma ta’ beżqa minn player Iżraeljan.

Il-coach Irlandiż Heimir Hallgrimsson ikkonferma li kien hemm allegazzjoni li xi beżaq fuq Doyle.

Il-UEFA qalet li, wara li rrevediet ir-rapporti uffiċjali, ħatret Spettur tal-Etika u d-Dixxiplina biex jinvestiga l-allegat aġir ħażin. It-tensjonijiet bejn iż-żewġ timijiet kienu għoljin, u kien hemm ukoll konfronti wara s-suffara finali.

Hallgrimsson qal li ħass li Iżrael kienu qed jipprovaw jintimidaw lill-Irlanda, filwaqt li l-coach Iżraeljan Ran Ben-Shimon qal li ma ra xejn mill-inċident. 

Minkejja pressjoni biex jibbojkottjaw il-partiti, il-FAI kompliet bil-logħbiet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here