Sunday, October 27, 2024

Barca, Real u Bilbao jisfidaw il-ftehim La Liga CVC

Aqra wkoll

Barcelona, Real Madrid u Athletic Bilbao, kol­lha ħabbru li kienu qed jisfidaw il-ftehim ta’ investiment ta’ ekwità privata ta’ La Liga ma’ CVC.

“Boost La Liga”, li ġie ratifikat ix-xahar li għadda minn 38 minn 42 club madwar l-aqwa żewġ diviżjonijiet ta’ Spanja u jiswa s-somma rappurtata ta’ €2.2 biljuni, ifisser li CVC jirċievi 11% tad-dħul mid-drittijiet tat-televiżjoni matul il-50 sena li ġejjin fi skambju biex tferra’ il-flus f’La Liga.

Ir-raba’ club li rrifjuta l-miżura kien il-club tat-Tieni Diviżjoni, Oviedo, madankollu, minn dak inhar bidlu l-pożizzjoni tagħhom u daħlu abbord il-proġett.

Il-maġġoranza l-kbira tal-flus għandhom jingħataw lill-clubs biex jonfqu fuq infrastruttura ġdida u proġetti ta’ modernizzar kif ukoll iżidu kemm jistgħu jonfqu fuq il-players.

“Athletic Club, FC Barcelona u Real Madrid CF, jixtiequ jħabbru li kkontestaw ir-riżoluzzjoni addottata mill-Assemblea ta’ La Liga fit-12 ta’ Awwissu, 2021, fir-rigward tal-ftehim bejn La Liga u CVC,” tgħid dikjarazzjoni konġunta.

“Il-ftehim jikser il-proviżjonijiet tar-regolamenti appli­kabbli (u b’mod partikolari, id-Dig­riet Liġi-Rjali 5/2015) u ġie addottat fi ħdan il-qafas ta’ proċedura li hija ferm irregolari u li tirrispetta l-garanziji minimi meħtieġa għal dawn l-iskopijiet, speċjalment fi ftehim ta’ tali importanza u ambitu.”

Ix-xahar li għadda Real ħabbru li se jniedu kaw­żi ċivili u kriminali kontra l-president ta’ La Liga, Javier Tebas, u l-kap ta’ CVC Capital Partners, Javier de Jaime Guijarro, dwar il-ftehim propost.

Barca offrew spjegazzjoni oħra tal-pożizzjoni tagħhom: “Il-Kumitat Ekonomiku tal-Club ippreżenta studju li kkonkluda li l-ftehim ma għamel l-ebda sens għal Barcelona, mhux għall-ispiża tiegħu, u lanqas għar-remunerazzjoni li kienu se jirċievi, it-tul ta’ żmien jew il-kwalitá ta’ obbligi li jinvolvi,” qalet stqarrija separata.

“Huwa sorprendenti li qed jisfidaw xi ħaġa li fil-fatt ma taffettwahomx. Huma jibbenefikaw biss mit-tkabbir ta’ La Liga fis-snin li ġejjin,” qal kelliem għal La Liga.

“La Liga għandha l-appoġġ għall-ftehim minn 39 mit-42 club li jiffurmaw il-kampjonat. Se nkomplu naħdmu ma’ CVC fuq dan il-proġett, u ninsabu fiduċjużi li huwa tajjeb għal La Liga u għall-clubs.

“L-isfida turi li dawn it-tliet clubs qed jippruvaw jipprevjenu t-tkabbir għall-clubs l-oħra fil-kampjonat.”

Sport