Monday, May 13, 2024

New South Wales jirreġistra l-inqas numru ta’ każijiet ġodda ta’ Covid-19 fi kważi xahar

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat l-istat ta’ New South Wales (NSW) ġewwa l-Awstralja rrapporta l-inqas żieda fin-numru ta’ każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’dawn l-aħħar tliet ġimgħat u dan hekk kif numru ta’ restrizzjonijiet komplew jiġu rrilassati ġewwa Sydney. Apparti hekk, ġewwa din il-belt l-ammont ta’ tilqim żdied sostanzjalment. 

Is-Sindku ta’ NWS Gladys Berejiklian qalet li lbieraħ dan l-istat kellu 935 każ ġdid, li huwa l-inqas numru mis-27 ta’ Awwissu li għadda. Dan huwa tnaqqis sostanzjali meta mqabbel ma’ nhar il-Ħadd li għadda meta dakinhar kienu rreġistrati 1,083 każ ġdid. 

Meta tkellmet mal-ġurnalisti Berejiklian qalet li l-poplu ta’ NSW qiegħed iħossu iktar pożittiv meta mqabbel mal-ġimgħat li għaddew iżda dan ma jfissirx li l-kbir għadda. 

Sport