Wednesday, July 24, 2024

Barcelona fil-finali tas-Super Cup Spanjola

Aqra wkoll

Barcelona se jilagħbu kontra Real Madrid fil- finali tas-Super Cup Spanjola meta fit-tieni semi-finali għel­bu lil Osasuna bl- iskor ta’ 2-0. 

Fl-ewwel semi-finali, il-Madrileni għelbu lil Atletico bl-iskor ta’ 5-3 wara l-ħin barrani. 

Il-logħbiet kollha, inkluża l-finali ta’ għada, intlagħbu fl-Arabja Sawdija liema mossa ġiet ikkritikata minn bosta. 

Intant, wara taqsima li ma pproduċiet l-ebda goal, Barcelona fetħu l-iskor fit-58 minuta permezz ta’ Ro­bert Lewandowski biex huma ssiġillaw ir-rebħa fil-91 minuta minn Lamine Yamal Nasraqui Ebana.

Ekonomija

Sport