Barcelona qed jaħdmu sabiex iġeddu l-kuntratt tad-difensur ta’ 33 sena Inigo Martinez. Dan tal-aħħar qed jispikka sew fit-tim ta’ Hansi Flick u d-diriġenti Katalani qed jaħdmu sabiex dan il-ftehim isir mill-aktar fis possibbli.
Meta mistoqsi dwar x’beħsiebu jagħmel fiż-żmien li ġej, Martinez qal li sal-Milied qed jaħseb biex jirbaħ ħafna logħbiet ma’ Barcelona, imbagħad isir kollox b’mod naturali.
Martinez ilu ma’ Barcelona sa mis-sena 2023 u lagħab 33 darba magħhom.