Crystal Palace ressqu appell kontra t-tkeċċija ta’ Jean-Philippe Mateta fit-telfa ta’ 2-0 kontra Tottenham Hotspur is-Sibt li għadda.
L-attakkant Franċiż tkeċċa fit-13-il minuta wara intervent fuq Micky van de Ven. Ir-referee Michael Oliver inizjalment urieh karta safra, iżda wara konsultazzjoni mal-VAR biddel id-deċiżjoni għal karta ħamra diretta.
Crystal Palace jsostnu li l-intervent kien aċċidentali, hekk kif Mateta kien iffukat fuq il-ballun u ma rax lid-difensur ta’ Tottenham. Il-player qed jiffaċċja sospensjoni ta’ tliet logħbiet, iżda l-club qed jittama li d-deċiżjoni titħassar jew titnaqqas is-sospensjoni.




