Tuesday, November 3, 2026
Home Sport William Saliba jirritorna għat-taħriġ ma’ Arsenal wara erba’ xhur barra

William Saliba jirritorna għat-taħriġ ma’ Arsenal wara erba’ xhur barra

0
56

Id-difensur Franċiż, William Saliba, irritorna għat-taħriġ ma’ Arsenal nhar it-Tlieta, u qed joqrob lejn ritorn fl-azzjoni lejn l-aħħar ta’ Novembru wara kważi erba’ xhur barra minħabba injury f’dahru.

Saliba kien sofra ksur f’dahru f’April u kompla jilgħab bl-uġigħ, anke mat-team nazzjonali Franċiż fit-Tazza tad-Dinja, qabel iddeċieda li jieħu perjodu ta’ mistrieħ mingħajr operazzjoni.

Ir-ritorn tiegħu se joħloq sfida għal Mikel Arteta dwar l-għażla tad-difiża, speċjalment wara l-wirjiet tajbin ta’ Ezri Konsa, li ngħaqad mal-club fis-sajf. Saliba kien diġà beda jitħarreġ fuq il-ħaxix ix-xahar li għadda u issa ngħaqad ma’ sħabu fis-sessjonijiet sħaħ.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here