Qed jiġi rrapportat li kumpanija kkontrollata minn Clearlake Capital, li hija sid parzjali ta’ Chelsea, kienet qed tbigħ mill-ġdid biljetti għal logħbiet tal-Premier League bi prezzijiet ferm ogħla minn dawk oriġinali.
Il-pjattaforma online Events365, proprjetà ta’ Victory Live, kienet toffri biljetti għal-logħbiet ta’ 19-il club Ingliż, iżda mhux għal dawk ta’ Chelsea. Wara li ġiet ikkuntattjata minn ġurnalist ta’ The Times, il-pjattaforma neħħiet l-aċċess għall-biljetti kollha tal-Premier League.
Behdad Eghbali, ko-proprjetarju ta’ Chelsea, huwa wkoll direttur ta’ Victory Live.
Min-naħa tiegħu, il-club, iwissi li l-partitarji li jbigħu biljetti permezz ta’ pjattaformi mhux awtorizzati jistgħu jingħataw projbizzjoni għal għomorhom.
Sadanittant, qed titressaq leġiżlazzjoni biex tingħalaq il-lakuna legali li tippermetti bejgħ mill-ġdid minn kumpaniji barranin.




