Tuesday, November 3, 2026
Home Sport Il-goalkeeper Owono jingħata l-appoġġ minn sħabu wara l-mewt traġika ta’ Jesus De...

Il-goalkeeper Owono jingħata l-appoġġ minn sħabu wara l-mewt traġika ta’ Jesus De Miguel

0
56

Il-goalkeeper Jesus Owono jinsab maħsud wara l-mewt ta’ Jesus de Miguel, li tilef ħajtu nhar it-Tlieta wara ħabta bejniethom waqt il-partita bejn Tenerife u FC Andorra.

L-inċident seħħ lejn tmiem il-logħba meta Owono ħareġ biex jikklerja ballun fit-tul, iżda l-irkoppa tiegħu laqtet ras u sider ta’ De Miguel, li kellu 30 sena.

Skont rapporti, Owono nstema’ jibki u jitlob fil-locker room, u kellu l-ħsieb jitlob skuża personalment lill-familja tal-vittma.

Il-każ se jkun investigat minn imħallef bħala mewt mhux naturali, filwaqt li għadu mhux magħruf jekk il-familja hijiex se tieħu passi kriminali. 

Owono mistenni ma jiffaċċjax sanzjonijiet kriminali, iżda jista’ jkun hemm konsegwenzi sportivi. Maria, is-sieħba ta’ De Miguel, u binthom Carla ta’ sena kienu fl-istands waqt l-inċident.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here