Friday, May 17, 2024

Barcelona jibqgħu jinsistu għal Alvaro Morata

Aqra wkoll

Barcelona għadhom qed ifittxu li jiffinalizzaw ftehim għal Alvaro Morata qabel tmiem ix-xahar.

L-internazzjonali Spanjol hu maħsub li qed jitqies bħala mira ewlenija għall-coach ta’ Barcelona Xavi, iżda l-ftehim huwa kkumplikat, hekk kif Morata bħalissa jinsab misluf ma’ Juventus mingħand Atletico Madrid.

Il-coach ta’ Juventus, Massimiliano Allegri, saħaq li l-Ispanjol mhux se jħalli lill-club dan ix-xahar biex imur jilgħab fil-Camp Nou fost l-ispekulazzjonijiet li għaddejjin bħalissa.

Madankollu, id-diriġenti ta’ Barcelona qed jaħdmu biex jiffirmaw lill-player ta’ 29 sena qabel tmiem it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Xavi kien f’kuntatt dirett ma’ Morata biex jiddiskuti bidla għall-Camp Nou, iżda l-ġganti Katalani qed jiffaċċjaw battalja biex jiksbu l-firma tiegħu fil-ġimgħat li ġejjin.

L-attakkant kien f’forma impressjonanti għal Juventus matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja seba’ darbiet u pprovda tliet assists f’24 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Sport