Tuesday, April 30, 2024

Real Madrid jipprovaw iħaffu ftehim għal Franck Kessie

Aqra wkoll

Real Madrid qed jipprovaw iħaffu ftehim għall-midfielder ta’ AC Milan, Franck Kessie.

Minkejja l-istatus tiegħu bħala player ewlieni f’San Siro, Kessie jidher dejjem aktar probabbli li jitlaq lill-ġganti Taljani fis-sajf meta fadallu inqas minn sitt xhur fil-kuntratt tiegħu.

Filwaqt li Milan x’aktarx se jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jippruvaw iħajru lill-player internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju biex jiffirma termini ġodda, firxa wiesgħa ta’ clubs huma ħerqana li jiffirmaw lill-player ta’ 25 sena.

Real Madrid iridu jirbħu t-tellieqa għall-firma tiegħu u huma lesti li jiksbu ftehim għalih kemm jista’ jkun malajr.

Għalkemm il-Los Blancos mhumiex nieqsa mill-għażliet f’nofs il-ground, bosta mill-grupp attwali ta’ players tagħhom għandhom ‘il fuq minn 30 sena.

L-uffiċjali ta’ Real iridu jiżguraw li Kessie ma jiffirmax mar-rivali tal-La Liga Barcelona, filwaqt li clubs bħal Tottenham Hotspur, Manchester United u Arsenal jingħad ukoll li qed isegwu s-sitwazzjoni mill-qrib.

Sport