Barcelona nformaw lil Frenkie de Jong li hu “jeħtieġ” li jħalli lill-club matul dan is-sajf fost pressjoni minn Manchester United.
Il-futur tal-player ta’ 25 sena ddomina t-taħdit dwar is-suq tat-trasferimenti tas-sajf, bil-manager il-ġdid tar-Red Devils, Erik ten Hag, jinsab ħerqan għal rijunjoni mal-ex player tiegħu ma’ Ajax.
Rapporti preċedenti kienu qalu li Manchester United kienu qablu fuq ħlas ta’ £72m inklużi bonuses għat-trasferiment ta’ De Jong, li kien se jiswa lill-club somma inizjali ta’ £63.5m.