Friday, May 17, 2024

Miljun persuna f’lockdown wara erba’ każi pożittivi għall-Covid f’Wuhan

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kważi miljun persuna f’Jiangxia f’Wuhan jinsabu f’lockdown għal tlett ijiem wara li nstabu erba’ persuni pożittivi għall-virus. L-ewwel każi ta’ Coronavirus reġistrati fiċ-Ċina kienu proprju fil-belt ta’ Wuhan.

Iċ-Ċina qiegħda ssegwi strateġija ta’ “Żero Covid” li tinkludi ittestjar tal-massa, miżuri stretti ta’ kwarantina kif ukoll lockdowns fejn tinħass il-ħtieġa. Din l-istrateġija tidher qiegħda taħdem hekk kif fil-pajjiż kienu reġistrati inqas imwiet minn dawk reġistrati f’ħafna pajjiżi oħra.

Minkejja dan, din l-istrateġija qiegħda ssib oppożizzjoni u kritika minn persuni u negozji li qegħdin jaffaċċjaw dawn ir-restrizzjonijiet.

Testijiet tal-massa li qegħdin isiru regolari f’Wuhan, li hija belt li tinkludi 12-il miljun persuna, wasslu biex jumejn ilu kienu reġistrati żewġ każi ta’ persuni pożittivi. Iż-żewġ każi l-oħra reġsitrati nstabu ftit wara minn testijiet oħra ta’ contact tracing. Ftit wara nħarġet l-ordni tal-lockdown.

Wuhan saret magħrufa madwar id-dinja fl-ewwel xhur tal-2020 bħala l-ewwel post fejn ix-xjenzati skoprew il-Coronavirus. Din kienet ukoll l-ewwel belt li tqiegħdet taħt miżuri restrittivi ħorox.

Sport