Tuesday, December 24, 2024

Barcelona jirreġistraw erbgħa minn ħames players

Aqra wkoll

F’lejlet il-bidu tal-kampjonat Spanjol, Barcelona rnexxielhom jirreġistraw erbgħa mill-ħames players li akkwistaw.

Huma rnexxielhom jagħmlu dan wara li ppreżentaw il-kotba finanzjarji quddiem l-FA Spanjola biex ikunu konformi tal-Financial Fair Play. Huwa rrappurtat li għandhom dejn ta’ €1.35 biljuni.

Il-Katalani kellhom ibiegħ 25% tal-assi tagħhom sabiex ikunu jistgħu jsaħħu l-iskwadra tagħhom fejn nefqu xejn inqas minn €153 miljun.

Huma ffirmaw lil Franck Kessie (Milan), Andreas Christiansen (Chelsea), Robert Lewandowski (Bayern Munich), Raphinha (Leeds United) u Jules Kounde (Sevilla).

Iżda dan tal-aħħar ikollu jistenna biex jagħmel id-debutt tiegħu minħabba li ma setax jiġi reġistrat għall-ewwel partita tal-kampjonat, dik kontra Rayo Vallecano.

Ekonomija

Sport