Tuesday, September 24, 2024

Barcelona jixħtu għajnejhom fuq Federico Chiesa

Aqra wkoll

Barcelona qed jinteressaw ruħhom fil-winger ta’ Juventus Federico Chiesa. Dan tal-aħħar jinsab barra mill-pjanijiet tal-kowċ Thiago Motta tant li ħeġġu biex isib tim ieħor.

Chiesa, li jiġi iben il-plejer leġġendarju Enrico, ftit ħalla impatt f’Turin fl-erba’ snin li ilu magħhom għalkemm lagħab 98 partita u skorja 21 gowl. Hu kien nieqes kemm-il darba minħabba li kien imweġġa’ u dan kollu fisser aktar problemi għalih.

Il-kowċ ta’ Barcelona Hansi Flick appella lid-diriġenti tiegħu sabiex imorru għalih u eventwalment jakkwistawh u jilgħab fil-Katalunja.

Sport