Saturday, May 18, 2024

Barcelona jkeċċu lill-coach Ronald Koeman

Aqra wkoll

Barcelona keċċew lill-coach, Ronald Koeman, wara li kien ilu 14-il xahar fit-tmexxija tat-team. Huwa tkeċċa wara li nhar l-Erbgħa sfaw megħluba minn Rayo Vallecano bl-iskor ta’ 1-0.

Huma jinsabu fid-disa’ post tal-klassifika, sitt punti ‘l bogħod mill-leaders. Din it-telfa kienet it-tielet għal Barca fl-aħħar erba’ logħbiet tagħhom u wara t-telfa tal-Clasico tal-Ħadd kontra Real Madrid.

Fi stqarrija, il-club Spanjol qal: “Il-president tal-klabb, Joan Laporta, għadu kif informa lil Keoman bid-deċiżjoni wara t-telfa kontra Rayo Vallecano.

“Ronald Koeman se jsellem  lill-iskwadra nhar il-Ħamis.”

L-eks coach tal-Olanda, Everton u Southampton, ta’ 58 sena, seta’ biss jiggwida lill-ħames darbiet champions Ewropej għat-tielet post fil-kampjonat l-istaġun li għadda.

L-Olandiż ma ġiex megħjun mill-problemi finanzjarji sinifikanti tal-klabb, li rriżultaw fit-tluq ta’ Lionel Messi u t-trasferiment sussegwenti għal Paris St-Germain f’Awwissu li għadda. 

Barcelona ma setgħux jonfqu flus fuq akkwisti ġodda fis-sajf, b’Memphis Depay, Sergio Aguero u Eric Garcia jaslu bħala free transfers u l-attakkant Luuk de Jong jingħaqad b’self mingħand Sevilla.

Sport