Saturday, May 18, 2024

Barcelona jridu joffru lil Ousmane Dembele kuntratt ġdid

Aqra wkoll

Barcelona ddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li joffru lil Ousmane Dembele kuntratt ġdid.

Il-ftehim attwali tal-attakkant fil-Camp Nou jiskadi fis-sajf li ġej, iżda Barcelona huma ħerqana għalih li jibqa’ fil-club wara t-tluq ta’ Lionel Messi u Antoine Griezmann.

Dembele għadu ma deherx s’issa dan l-istaġun hekk kif huwa għadu qed jirkupra minn injury fil-hamstring li ġarrab għal Franza fil-Euro 2020.

Barcelona se jiltaqa’ mar-rappreżentanti ta’ 24 sena dan ix-xahar biex jiddiskutu t-termini ta’ ftehim ġdid.

Dembele ffirma ma’ Barcelona mingħand Borussia Dortmund fl-2017, u minn dakinhar għamel 118 dehra u skorja 30 goal għall-club.

Sport