Saturday, May 18, 2024

Atletico Madrid qatt ma riedu li Joao Felix jitlaq

Aqra wkoll

Atletico Madrid qatt ma kienu qed jippjanaw li jippermettu lil Joao Felix jitlaq il-club dan is-sajf.

Barcelona kienu marbuta ma’ Felix matul it-tieqa kollha tat-trasferiment u ppruvaw joffru lil Antoine Griezmann bħala parti minn ftehim ta’ tpartit għaż-żagħżugħ ta’ 21 sena.

Griezmann spiċċa lura ma’ Atletico b’self fil-ġurnata li fiha għalqet it-tieqa tat-trasferimenti, iżda Felix ma marx fid-direzzjoni l-oħra, u minflok baqa’ fil-Wanda Metropolitano.

Atletico lanqas biss ikkunsidraw li jħallu lill-attakkant jitlaq għax “dejjem kien meqjus li ma jistax jintmess” mill-club.

Felix ingħaqad ma’ Atletico Madrid fl-2019 mingħand Benfica, fejn skorja 19-il goal f’76 dehra u għen lill-club jirbaħ il-La Liga fl-istaġun li għadda.

Sport