Monday, May 13, 2024

N’Golo Kante sfurzat jirtira mill-iskwadra ta’ Franza

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Chelsea N’Golo Kante ġie sfurzat jirtira mill-iskwadra ta’ Franza għall-fażi ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta’ Settembru minħabba injury.

L-ex player ta’ Leicester City tħabat biex iżomm l-aqwa forma fiżika fl-aħħar ftit snin u sofra daqqa fuq l-għaksa waqt it-draw ta’ 1-1 ta’ tmiem il-ġimgħa fil-Premier League kontra Liverpool.

Kante kellu jiġi sostitwit fil-mistrieħ tal-konfront u Thomas Tuchel ma setax joffri aġġornament pożittiv dwar il-kundizzjoni tiegħu, iżda xorta waħda ngħaqad mal-iskwadra Franċiża.

Madankollu, Kante – flimkien ma’ Corentin Tolisso – issa se jitilfu l-partiti ta’ Settembru, b’Matteo Guendouzi u Adrien Rabiot jissejħu minflokhom.

La Guendouzi u lanqas Rabiot ma huma mistennija li jkunu disponibbli għall-konfront ta’ nhar l-Erbgħa kontra l-Bosnja-Ħerzegovina, u jħallu lil Didier Deschamps b’Paul Pogba, Aurelien Tchouameni u Jordan Veretout – dawn tal-aħħar tnejn għadhom qed jistennew l-ewwel dehra tagħhom – bħala l-għażliet rikonoxxuti tiegħu f’nofs il-ground .

Kante tħabat b’injury fil-hamstring fl-istaġun li għadda iżda xorta rnexxielu jibda 24 partita fl-istaġun tal-Premier League 2020-21, waqt li lagħab kull minuta għal pajjiżu fl-Euro 2020.

Sport