Barcelona qed iqisu li jagħmlu offerta għad-difensur ċentrali ta’ Manchester City, Aymeric Laporte.
Il-ġganti Katalani kienu marbuta b’mod qawwi ma’ Jules Kounde ta’ Sevilla fl-aħħar ġimgħat, iżda Chelsea issa jidhru ferm viċin li jakkwistaw lill-player Franċiż.
Huwa mifhum li Barcelona qed idaħħlu pjan f’każ li jitilfu lil Kounde, b’Laporte identifikat mit-team ta’ Xavi bħala mira possibbli.