Tuesday, May 14, 2024

Miċħuda offerta ta’ Manchester City għal Marc Cucurella

Aqra wkoll

Manchester City kellhom offerta inizjali ta’ £30m għad-difensur xellugi, Marc Cucurella, miċħuda minn Brighton & Hove Albion.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena hu maħsub li huwa l-mira primarja ta’ Pep Guardiola għall-bqija tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf, hekk kif qed ifittex li jieħu post Oleksandr Zinchenko li mistenni jingħaqad ma’ Arsenal.

City allegatament qablu li jbiegħu lil Zinchenko għal somma inizjali ta’ £30m u l-internazzjonali Ukren qabel ukoll dwar termini personali fuq kuntratt ta’ erba’ snin fl-Emirates Stadium.

Sport