Il-president ta’ Barcellona Joan Laporta stqarr li t-tim tiegħu kien ferm viċin li jakkwista lill-attakkant Sudamerikan Luis Diaz.
Madankollu fis-sajf stess, kienu Liverpool li għamlu l-ewwel avvanzi ekonomiċi u eventwalment akkwistawh għal mat-tim tagħhom.
Laporta stqarr li dak iż-żmien kellhom problemi finanzjarji u ma setgħux iżidu iktar fil-prezz u kien għalhekk li ma jkomplux isegwuh.
Diaz lagħab 22 partita mar-Reds u skorja seba’ gowls.