Sunday, May 5, 2024

Malta Veterans: Zejtun Red Stars jibqgħu fil-quċċata wara rebħa oħra

Aqra wkoll

Zejtun Red Stars baqgħu jżommu l-quċċata tal-klassifika tal-VMFA Hyundai Premier League hekk kif għelbu lil Luxol St Andrews 5-2.

Kienet logħba fejn iż-Żwieten iddominaw ħafna mil-logħba bit-tim minn St Andrews li ippruvaw joffru oppożizzjoni denja.

George Frendo skorja doppjetta għar-Red Stars filwaqt li Tyron Borg, Nikolai Filipov u Noel Tabone skorjaw aktar gowls għat-tim tagħhom.

Jean Bert Gatt u Michael Galea skorjaw il-gowls ta’ Luxol.

F’logħba mimlija emozzjonijiet u gowls, Rabat Veterans u MFPA spiċċaw fi dro ta’ 6-6.

Kienet logħba ta’ botta u risposta bir-riżultat tad-dro li kien l-iktar wieħed ġust.

L-eks plejer internazzjonali Malti Michael Mifsud kien protagonista għal MFPA meta skorja hat-trick filwaqt li William Borg skorja doppjetta. Manuel Sevasta ġab l-iskor indaqs hekk kif it-tim tiegħu kien qed jitlef lejn l-aħħar.

Dylan Falzon kien awtur ta’ tliet gowls filwaqt li William Borg skorja doppjetta b’Manuel Sevasta jgħaqqad is-sitta għar-Rabtin.

F’logħba oħra bilanċjata gowl kull wieħed għal Żurrieq Wolves u Birkirkara St Helens ta punt liż-żewġ timijiet bl-iskor finali jkun dak ta’ 1-1.

Żurrieq marru minn fuq permezz ta’ Robert John Zammit bil-Karkariżi li ġabu l-iskor indaqs minn Claudio Calleja.

Gżira United irritornaw għar-rebħ b’riżultat konvinċenti ta’ 7-2 kontra Pieta’ Hotspurs.

Alex Muscat skorja tliet gowls għall-Gżirjani, Firaz Aboulezz wettaq doppjetta filwaqt li Jonathan Pearson u Andrew Cohen ukoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Sunday Ikenchukwu u Jose Luis Carlos Lopes skorjaw il-gowls ta’ konsolazzjoni għal Hotspurs.

Sport