Sunday, May 5, 2024

L-MPL aċċettata bħala Membru ta’ European Leagues

Aqra wkoll

-Malta Premier League (MPL) ġiet aċċettata formalment bħala membru tal-European Leagues (EL).

EL hija organizazzjoni li tiġbor fi ħdanha l-kampjonati professjonisti tal-football minn madwar l-Ewropa kollha. L-MPL ġiet aċċettata bħala membru waqt l-Assemblea Ġenerali li saret f’Oporto.

Bħala Development Member tagħha, European Leagues diġa’ qed tgħin b’pariri u esperjenza biex jiġi mwaqqaf il-Premier League ġdid f’Malta.

Ic-Chairman tal-MPL, Joseph Muscat qal li wara l-qbil unanimu tal-clubs ma’ l-Istatut u Programm ta’ Ħidma, dan kien pass ieħor krucjali.

“Is-sħubija fil-European Leagues fi żmien tant qasir se tgħin fit-twaqqif tal-Premier League ġdid u fid-diskussjonijiet tagħna mal-MFA.  EL qablu li jagħtuna aċċess għal know how biex il-kampjonat il-ġdid ikun kompetittiv u esperjenza attraenti għas-supporters,” qal Dr Muscat.

Fi ftit taż-żmien ieħor, f’kollaborazzjoni mal-MFA, l-MPL se torganizza konferenza ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders dwar l-għażliet li jridu jsiru.

Sport