Saturday, May 4, 2024

Ryan Pisani r-rebbieħ tar-raba’ Euro Ranking Tournament organizzat mill-Malta Pool Association

Aqra wkoll

Ryan Pisani huwa r-rebbieħ tar-raba’ Euro Ranking Tournament organizzat mill-Malta Pool Association. Fil-finali Pisani għeleb lil Miguel Amato bl-iskor ta’ 8-5.  Fil-kategorija Over 50’s Marcel Micallef għeleb lil David Zammit 8-5 filwaqt li Carmelo Vella rebaħ il-kategorija Over 60’s meta għeleb lil Mario Spiteri 8-4 fil-finali.

Chaylon Castalid kiseb rebħa kbira ta’ 7-0 fuq Nordai Desira biex rebaħ il-kateogirja taż-żgħażagħ Under 18’s filwaqt li Liam Mifsud kellu jitħabat biex għeleb li Rudger Xerri 8-7 fil-finali tal-kategorija Under 23’s. 

Sport