Sunday, May 5, 2024

Eks plejer internazzjonali Awstrijak imut wara inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Il-futbol Awstrijakk jinsab f’luttu hekk kif tħabbret il-mewt tal-eks plejer internazzjonli Gerhard Rodax fl-eta’ ta’ 57 sena. Hu kien inovlut f’inċident tat-traffiku fi Traiskirchen, 20 kilometru biss ‘il bogħod mill-belt kapitali Vjenna. 

Bħala attakkant fi żmienu, Rodax lagħab ma’ Atletico Madrid fl-istaġun 1990-91 sabiex ftit tas-snin wara kien akkwistat mingħand Admira Wacker fl-Awstrija stess. Ma’ dan il-klabb hu rebaħ iż-żarbun tad-deheb u kien skorja total ta’ 35 gowl fi staġun u spiċċa bħala l-aqwa skorer.

Hu lagħab ukoll mat-tim nazzjonali Awstrijak fit-tazza tad-dinja 1990 li saret fl-Italja fejn anke skorja gowl.

Sport