Jidher li Barcelona mhux se joffru kuntratt lid-difensur ċentrali ta’ Chelsea, Antonio Rudiger.
Il-ftehim attwali tal-internazzjonali Ġermaniż fi Stamford Bridge għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu f’dawn l-aħħar xhur.
Id-direttur tal-isport ta’ Barcelona Mateu Alemany u d-deputat Jordi Cruyff hu maħsub li dan l-aħħar iltaqgħu mal-aġent ta’ Rudiger biex jiddiskutu bidla possibbli għal Camp Nou bi free transfer.
Madankollu, huwa mifhum li ma kien hemm l-ebda offerta uffiċjali mill-ġganti Katalani, li mistennija jnaqqsu l-interess tagħhom fil-player.
Jidher li d-difensur ta’ Chelsea Andreas Christensen se jmur jilgħab fil-Camp Nou bi free transfer dan is-sajf, filwaqt li ntlaħaq avvanz fid-diskussjonijiet dwar kuntratt ma’ Ronald Araujo, li issa qed jipprepara biex jiffirma ftehim ġdid ma’ Barcelona.
Minħabba f’hekk, Barcelona mhux se jkunu qed ifittxu li jġibu difensur ċentrali ieħor fil-club minkejja li huma ammiraturi ta’ Rudiger.
Il-player ta’ 29 sena għadu bħalissa ma jistax jiffirma ftehim ġdid ma’ Chelsea minħabba s-sanzjonijiet li tpoġġew fuq sid il-club Ingliż minn Londra, Roman Abramovich.
Juventus u Manchester United qed ikomplu jiġu kkreditati b’interess fid-difensur Ġermaniż.